Storja li laqtet ħafna qlub fost il-poplu Malti bdiet b’ansjetà iżda ntemmet b’aħbar sabiħa, hekk kif Julia Cutajar qasmet aġġornament fuq il-grupp pubbliku Loving Pets Malta The Original.
F’messaġġ mimli gratitudni, Julia rringrazzjat lill-poplu Malti għas-sapport kbir li wrew, minn messaġġi, telefonati u offerti ta’ għajnuna, saħansitra persuni li offrew li jixtru kelb ieħor għat-tifel tagħha wara li l-kelb tagħhom kien intilef.
“Nixtiequ nirringrazzjaw lill-poplu kollu tas-sapport, il-messaġġi, it-telefonati u l-għajnuna li offrewlna,” kitbet Julia, waqt li faħħret il-ġenerożità kbira tal-Maltin. Hija sostniet ukoll kemm dan il-ġest juri li “kemm aħna poplu kbir u ġeneruż.”
Fortunatament, l-istorja kellha tmiem sabiħ hekk kif il-kelb instab u reġa’ ngħaqad mal-familja tiegħu, aħbar li ġabet ferħ kbir mhux biss lilhom iżda wkoll lil dawk kollha li segwew u għenu f’din is-sitwazzjoni.
Julia temmet il-messaġġ tagħha b’ringrazzjament mill-qalb lil kulħadd, u qalet li hija bla kliem quddiem is-sapport kbir li sabu. Storja oħra li tfakkarna fil-qalb tajba tal-poplu Malti, fejn komunità sħiħa tingħaqad biex tgħin u tagħmel differenza.
Facebook / Loving Pets Malta The Original