Il-kantanta lokali Claudia Faniello hi bla dubju magħrufa għall-karriera stupenda li bniet sal-lum il-ġurnata, kif ukoll nafuha bħala oħt Fabrizio Faniello. Ir-relazzjoni t’aħwa li hemm bejniethom hi ta’ għaqda, appoġġ u ħafna mħabba.
Xi ħaġa li bla dubju tgħaqqadhom bil-kbir hi l-mużika. Flimkien saħansitra kemm-il darba kantaw flimkien u għandhom anke memorji sbieħ. Lura fl-2021 huma rrekordjaw flimkien Another Summer Night, u f’Mużika Mużika tal-2022 kantaw flimkien Sal-Aħħar Nifs.
“Il-ħajja hi impenjattiva, u ma narawx lil xulxin daqs kemm suppost, imma kull darba li niltaqgħu, ħlief daħk u mumenti sbieħ ma jkollniex. Inħobbok Fab.” Qasmet anke ritratt mill-isbaħ tagħha u ta’ Fabrizio flimkien fejn tidher l-għaqda li hemm bejniethom.
Ħelwin wisq dawn l-aħwa!
Youtube/ eurovisionfest