Lorry Schembri tal-Arloġġi huwa magħruf għall-ġesti sbieħ li jagħmel biex iferraħ lil ħaddieħor, speċjalment persuni li jkunu għaddew minn xi mumenti diffiċli.
“L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lil Lorry Schembri, magħruf bħala tal-arloġġi, għal żjara ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Waqt din il-laqgħa, Schembri spjega lill-President li l-passjoni tiegħu li jagħmel l-arloġġi nibtet wara l-mewt ta’ bintu, u fl-aħħar ħames snin huwa għamel mal-2,200 arloġġ.”
Lorry normalment jirregala dawn l-arloġġi personalizzati lil dawk li jkunu tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom, u dan ikun memorja sabiħa tagħhom.
Prosit bħal dejjem Lorry!