Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Police Force talbu għall-għajnuna tal-publiku hekk kif persuna qed tiġi mfittxija fuq ordni tal-Maġistrat.
Huma qalu, “Yuusuf Diriye Abdi qed jiġi mfittex fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ li hemm għaddej fil-qorti. Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 16/2026.”
Inħeġġu lil dawk li għandhom xi informazzjoni biex jagħmlu kuntatt mal-pulizija.