“54 Sena Llum. 54 Sena Kkuluriti” – Jane u Albert Marshall Jiċċelebraw L-Anniversarju

Marshall

Illum hi ġurnata speċjali immens għall-attriċi Jane Marshall u żewġha l-bravissimu Albert Marshall.

Dan hekk kif kien propju bħal-lum meta qalu s-signor si u ngħaqdu fiż-żwieġ. Jane hija attriċi veterana li l-karriera tagħha fit-teatru u fit-televiżjoni bdiet fis-sittinijiet.

Hija tibqa’ magħrufa għall-interpretazzjoni kontroversjali tagħha ta’ Rita, it-tifla ribelluża mis-sensiela Il-Madonna taċ-Ċoqqa. In-nies jafu lil Jane wkoll għar-rwoli tagħha f’serje televiżivi popolari bħal Ipokriti, F’Baħar Wieħed, Vaganzi f’Ħal Bla Ras, u oħrajn.

Jane qattgħet 15-il sena barra minn Malta fl-Awstralja fejn kienet maħbuba mill-komunità Malti-Awstraljana għall-ħidma tagħha fil-qasam tat-teatru Malti bil-Malti, speċjalment f’Sydney u Melbourne.

Albert huwa kittieb, direttur tal-palk u tat-televiżjoni, edukatur u xandar. Albert huwa meqjus bħala artist responsabbli għal diversi xogħlijiet innovattivi fl-oqsma tal-letteratura, it-teatru u t-televiżjoni Maltija.

Illum il-ġurnata jokkupa karigi għoljin fis-setturi kulturali u tax-xandir ta’ dan il-pajjiż. Awguri minn qalbna Jane u Albert!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI