Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Malta, News, Photos and People laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Patrick, raġel li ilu 11-il sena nadif u huwa l-ispirazzjoni ta’ bosta.
Qasmu l-messaġġ ta’ Caritas fejn qalu, “Prosit tassew – 11-il sena nadif hija ta’ ispirazzjoni għal ħafna. Aħna f’Caritas Malta grati li naqsmu dan il-vjaġġ miegħek. L-istorja tiegħek hija xhieda li b’appoġġ, determinazzjoni u tama, il-bidla hi possibbli tassew. Grazzi talli qed tkompli tkun dawl u kuraġġ għal oħrajn. Dejjem hemm tama.”
Fejn qasmu wkoll il-messaġġ ta’ Patrick li qal, “Illum nikkommemora 11-il sena nadif mid-droga. Inħossni grat lejn dawk kollha li appoġġjawni tul dan il-vjaġġ. Inħeġġeġ lil kull min għaddej minn diffikultajiet biex ma jaqtax qalbu – dejjem hemm tama għal bidla aħjar.”