The Malta Records fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha qasmu rekord li għandu Joe Dimech. Wiċċ li żgur tiftakru jwasslilna l-aħbarijiet fuq l-istazzjon Nazzjonali. Huma jiktbu, “The Malta Records ilbieraħ konna mistiedna f’residenza privata ta’ persuna li mhix wiċċ ġdid fuq it-televiżjoni lokali. Hemmhekk sar l-għadd ta’ kollezzjoni pjuttost interessanti.”
Huma jżidu, “L-ikbar kollezzjoni ta’ ngravajjet fil-gżejjer Maltin, b’total ta’ 255 ingravata. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Joe Dimech fir-residenza li tinsab Santa Venera. Grazzi lill-familja Dimech li laqgħuna f’darhom u f’isem il-poplu Malti ninsabu rikonoxxenti lejn is-servizz li Joe Dimech ta lix-xandir lokali.”
Dan ir-rekord juri naħa differenti u aktar personali ta’ Joe Dimech, lil hinn mix-xogħol tiegħu fix-xandir. Il-kollezzjoni tiegħu issa ġiet rikonoxxuta uffiċjalment bħala rekord nazzjonali, u tibqa’ bħala kurżità interessanti li tkompli żżid mal-istejjer uniċi li nsibu fil-gżejjer tagħna.
Facebook / Joe Dimech