Biljuni ta’ Kristjani minn madwar id-dinja llum qed jiċċelebraw Jum id-Duluri. Dan il-jum għandu l-intenzjoni li jfakkar lill-komunità Nisranija bit-tbatija li għaddiet minnha l-Madonna, b’mod partikolari meta rat li binha Ġesù jiġi msallab.
F’dan il-jum iċ-ċkejken Guilherme fisser kif dan il-jum għandu wkoll ifakkar it-tbatija li bosta jgħaddu minnha fis-skiet, hekk kif it-tbatija li l-bniedem ikun għaddej minnha mhux dejjem tidher.
Iċ-ċkejken li qed ikollu jgħix b’kundizzjoni rari li taffetwalu ħajtu ta’ kuljum stqarr li hu wkoll għaddej minn tbatija. Fisser kif hu biss bis-saħħa tal-mediċina li qed jingħata l-opportunità sabiex ikompi jgawdi l-ħajja.
Guilherme temm il-messaġġ tiegħu billi wera solidarjetà wkoll ma’ dawk oħrajn li bħalu għaddejjin minn tbatija simili.
Tista’ tidħol HAWN sabiex issegwi l-messaġġ li tella’ Guilherme f’jum id-duluri.
Kuraġġ, Guilherme!
Facebook / Guilherme’s Journey of Hope