Permezz ta’ kitba ħelwa fuq il-paġna tagħhom, St. Augustine College sellmu lill-istudenti li ser jitilqu mill-kulleġġ tagħhom din is-sena.
Huma qalu, “Wara 11-il sena fil-Kulleġġ Santu Wistin, illum temmejtu dan il-vjaġġ edukattiv fil-Kulleġġ agostinjan. Memorji sbieħ, memorji iebsin, imma li tgħallimtu minnhom, kbirtu b’valuri sbieħ. Grazzi tal-preżenza tagħkom. Grazzi ta’ kemm għallimtuna affarijiet intom bħala studenti. Komplu irringrazzjaw ‘l Alla ta’ din l-opportunita’, ta’ ħafna edukatturi li ħabbewkom u ippruvaw jakkumpanjawkom.”
Żiedu, “Li tara ħafna minnkom bid-dmugħ f’għajnejkom intom u ħerġin u ddoqq l-qanpiena għal aħħar darba, tkompli tinduna kemm inkunu ħallejna impatt fuqkom, bl-għajnuna tagħkom, tal-edukaturi, tal-ġenituri tagħkom, u t’Alla li dejjem nippruvaw nikkoperaw miegħu. Komplu ħarsu lejn is-sabiħ li Alla żera’ fikom. Komplu appreżżaw s-sabiħ tal-komunita’ u komplu iċċekkjaw lil xulxin u segwu lil xulxin (komplu agħmlu group check!) Intom dejjem milqugħa li terġgħu tiġu, tfittxuna, u li intom parti minn din il-familja agostinjana.”