Il-paġna taċ-Ċentru tad-Demm ta’ Malta awgurat lid-Direttur Mediku f’jum għeluq sninha u esprimiet kburija fl-altruwiżmu li turi.
Kitbulha, “Illum, niċċelebraw iżjed minn jum għeluq sninek… niċċelebraw it-tmexxija fl-azzjoni. Id-direttur mediku tagħna verament timxi ma’ dak li tgħid billi tagħżel li fil-ġurnata speċjali tagħha, tagħti donazzjoni tal-platelets u r-rigal tal-ħajja lil ħaddieħor.”
Żiedu jgħidu, “Ninsabu grati u kburin li għandna eżempju ta’ tant ispirazzjoni fostna. Nawgurawlha jum għeluq snin mimli saħħa, ferħ, u mpatt kontinwu. Nittamaw li dan l-att ta’ altruwiżmu jkompli jispira lil ħaddieħor biex jimxi fil-passi tagħha.”
Nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nirringrazzjawha ta’ dan il-ġest nobbli! Tassew għandha qalb tad-deheb.
Facebook / Blood Donation Malta – NBTS