Il-paġna uffiċjali tal-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati kitbet dwar kelb li wasal fis-santwarju tagħhom, jeħtieġ għajnuna urġenti.
Kitbu, “Dan it-tifel żgħir hekk instab jiġri fit-toroq. B’għajn mifqugħa u infettata tant li l-unika ħaġa li waqqfitha milli taqa’ kienet il-qoxra li ffurmatlu fuqha. U dan apparti l-insetti kollha li nsabu fuqu.”
Żiedu jgħidu, “L-atroċitajiet li naraw fuq l-annimali jġiegħluna nistgħaġbu. Li għandu dan il-kelb iddum ġimgħat biex tasal sa dan il-punt, u issa ma nistgħux insalvawha.”
Siegħa wara huma kitbu aġġornament dwar dan il-kelb, li semmewh Winx. “L-għajn mifqugħa tneħħiet u issa jibda l-vjaġġ ta’ fejqan. Fieq malajr Winx, issa l-passat tad-dwejjaq tiegħek qiegħed warajk.”
Facebook / Association for Abandoned Animals