Fil-jum dinji tat-teatru, Eileen Montesin kitbet kemm tfisser għaliha din l-arti permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha.
Hi kitbet, “Ilbierah kien il-jum dinji tat-teatru. Għażilt li ntella’ ritratt mit-Tieġ ta’ Karmena Abdilla ma’ Twanny Scalpello. Kummiedja ta’ Charles Clews li konna tellajna f’Dar il-Mediterran b’suċċess kbir. Il-palk huwa parti essenzjali minn ħajti.”
Hi rringrazzjat lil bosta nies li bis-saħħa tal-appoġġ tagħhom, irnexxielha tasal s’hawn fil-karriera tagħha.
Żiedet tgħid, “Lilkom li għadkom tibdew ngħidilkom biss li tridu tkunu dedikati u dejjem lesti biex titgħallmu, ikollkom kemm ikollkom żmien. Mill-bija tħallu l-ebda ostakolu jaqtagħlkom qalbkom.”
Kuraġġ kbira lil kull min għadu jibda din il-karriera, taqtgħu qatt qalbkom!
Facebook / Eileen Montesin