“L-Eqqel Tax-Xitwa” F’April? – Mewġa Ta’ Kesħa Mistennija Tolqot Lil Malta Fil-Ġimgħa Mqaddsa!

Skont il-paġna Maltese Islands Weather, l-1 ta’ April mistenni jimmarka l-eqqel tax-“xitwa” … u din mhux ċajta ta’ Jum il-Ġifa. Sistema ta’ pressjoni baxxa se ġġib magħha mewġa oħra ta’ temp kiesaħ proprju fil-Ġimgħa Mqaddsa.

Bejn it-Tlieta 31 ta’ Marzu u l-Ħamis 2 ta’ April, mistennija ħalbiet frekwenti ta’ xita u anke silġ, akkumpanjati minn riħ qawwi mill-Majjistral. It-temperaturi se jinżlu sew, b’mod speċjali nhar l-Erbgħa l-1 ta’ April, meta l-massimu mistenni jkun ta’ madwar 12–13°C u l-minimu jinżel sa 7–8°C.



Din il-kesħa tard fl-istaġun hija marbuta ma’ fenomenu atmosferiku fejn l-Artiku saħan f’daqqa, u dan ħarbat iċ-ċirkolazzjoni normali tal-arja kiesħa. B’hekk, arja kiesħa niżlet lejn in-nofsinhar u laħqet ukoll il-Mediterran, inkluż Malta.



Minkejja kollox, jidher li lejn il-Ġimgħa l-Kbira u Ħadd il-Għid it-temp jista’ jikkalma xi ftit, għalkemm jibqa’ frisk għal dan iż-żmien tas-sena.



Ritratti:

Facebook/ Maltese Islands Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI