Kif Se Jkun It-Temp Fil-Ġimgħa Mqaddsa? It-Temp Madwarna Jgħidulna

Ħafna jibdew jistaqsu kif se jkun it-temp f’din il-ġimgħa tant importanti għal ħafna hekk kif ikun hemm ħafna attivitajiet reliġjużi ppjanati. Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna qalulna d-dettalji.

Illum Ħadd il-Palm it-temp se jkun imsaħħab u hemm ċans ta’ xita fit-tard ħafna. L-ogħla temperatura tkun ta’ 17°C u l-inqas ta’ 10°C. Għada t-Tnejn se jkun hemm ċans ta’ ftit xita iżolata. L-ogħla temperatura tkun ta’ 18°C u l-inqas ta’ 11°C.

Nhar it-Tlieta, Jum il-Ħelsien, se jkun hemm xi ftit xita iżolata filgħaxija. L-ogħla temperatura tkun ta’ 17°C u l-inqas ta’ 10°C. Nhar l-Erbgħa, l-ewwel ta’ April, se jkun bnazzi iżda se jkun hemm ċans ta’ xita u anke silġ fit-tard. L-ogħla temperatura tkun ta’ 14°C u l-inqas ta’ 9°C.

F’Ħamis ix-Xirka, se jkun hemm riħ qawwi b’xi ħalbiet iżolati. L-ogħla temperatura tkun ta’ 15°C u l-inqas ta’ 11°C. Il-Ġimgħa l-Kbira t-temp se jkun pjuttost bnazzi. L-ogħla temperatura tkun ta’ 17°C u l-inqas ta’ 12°C.

Sibt il-Għid it-temp se jkun xemxi, L-ogħla temperatura tkun ta’ 18°C u l-inqas ta’ 11°C. U Ħadd il-Għid it-temp se jkun xemxi ukoll, fejn l-ogħla temperatura tkun ta’ 19°C u l-inqas ta’ 9°C.







Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI