Saret laqgħa importanti bejn il-President ta’ Malta l-E.T. Myriam Spiteri Debono u l-Baden Powell Scouts Malta dwar ix-xogħol tal-iscouts. Aktar dettalji dwar din il-laqgħa ġew ppubblikati f’post mtella’ fuq il-paġna tal-Facebook tal-President.
“L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lit-tmexxija tal-Baden Powell Scouts Malta, għal żjara ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton,” ġie miktub.
“Matul il-laqgħa huma spjegaw ix-xogħol li jwettqu matul is-sena, fosthom attivitajiet diversi li jiġu organizzati mill-gruppi tal-iscouts li għandhom madwar Malta.”
Facebook / Myriam Spiteri Debono