“10 snin, Għadd Kbir Ta’ Titjiriet, u Memorji Li Dejjem Se Nġorr Miegħi.” – L-Attur Lokali Jurgen Ciantar Bl-Aħħar Titjira Ma’ KM Malta Airlines

Jurgen Ciantar

L-attur lokali Jurgen Ciantar għadu kemm temm kapitlu speċjali għalih, hekk kif ħadem l-aħħar titjira tiegħu mal-linja nazzjonali KM Malta Airlines.

Din l-aħħar titjira kienet waħda speċjali, hekk kif kienet qed iġġorr lit-tim nazzjonali Malti, u b’hekk tat tifsira aktar speċjali lil dan il-mument memorabbli għal Jurgen.

Il-kaptan tat-tim nazzjonali, Matthew Guillaumier, ippreżenta lil Jurgen flokk tat-tim iffirmat mill-plejers kollha – ġest sabiħ li ġie milqugħ b’applaws mill-ekwipaġġ u mill-plejers preżenti. Dan it-tribut kien sinjal ċar tal-apprezzament u r-rispett li kiseb matul il-karriera tiegħu.

Jurgen qasam erba’ kelmiet biex jesprimi kemm ser jibqa’ grat lejn din l-esperjenza.

“10 snin, għadd kbir ta’ titjiriet, u memorji li dejjem se nġorr miegħi. Ninsab grat għan-nies, għal-lezzjonijiet, u għall-vjaġġi ma’ Air Malta u l-KM Malta Airlines.”

Nawgurawlek ħafna suċċessi Jurgen! Prosit tal-ħidma b’dedikazzjoni u professjonali tiegħek!







Ritratti:

Facebook/ Jurgen Ciantar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI