Is-sit Malta Weather qed ibassar li din il-ġimgħa tal-Għid se tkun iddominata b’ħalbiet tax-xita mżewqa bir-ragħad kif ukoll xi silġ irqiq. Matul dawn il-jiem f’xi sigħat matul il-lejl it-temperatura se tkun qiegħda saħansitra tinħass -1°C.
Il-bassara tat-temp spjegaw li dawn il-kundizzjonijiet ta’ temp huma mbassra għal dawn il-jiem hekk kif proprju għada filgħaxija fil-Mediterran Ċentrali se tkun qiegħda tinfed massa t’arja kiesħa u polari. Din il-massa ta’ arja kiesħa mistennija biss tħalli l-baħar Mediterranju fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira.
Facebook / Maltese Islands Weather u It-Temp Madwarna