Ta’ 17-Il Sena Saret Taf Li Kellha Kanċer… Illum Mimlija Saħħa U Qed Tistudja L-Masters

Sara Marston hi żagħżugħa Maltija li meta kellha 17-il sena saret taf li kien se jkollha tiġġieled il-kanċer. Hi tistqarr li dak iż-żmien ma fehmietx kemm din il-ġlieda kienet se tkun waħda diffiċli u mimlija tbatija.

Tirrakkonta kif min-naħa ‘l oħra Puttinu Cares kienu jafu eżattament l-isfidi li din il-ġlieda kienet se ġġib magħha u kien għalhekk li raw li jkunu hemm għaliha f’kull stadju tal-battalja tagħha kontra l-kanċer.

Illum il-ġurnata, bis-saħħa tar-reżiljenza li wriet Sara u l-appoġġ kontinwu li ngħatat mingħand Puttinu, Sara hi tfajla ta’ 26 sena mimlija ħajja li bħalissa qiegħda wkoll barra minn xtutna tistudja l-Masters.

“Kien hemm żmien fejn ħassejt li għalija kien impossibbli li nsir il-persuna li jien illum,” issostni Sara fuq il-midja soċjali.







Ritratti:

Facebook / Sara Marston

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI