“Iddeċidejna Li Nibdlu L-Uġigħ Tagħna F’Tama U Se Nkunu Parti Mill-Maratona Ta’ Puttinu Tal-Ġimgħa L-Kbira” – Il-Ġenituri Ta’ Jake

Ftit iżjed minn sena u nofs ilu tilfu lil binhom Jake wara ġlieda mimlija reżiljenza u perseveranza kontra kundizzjoni rari. Il-ġenituri tiegħu ddeċidew li jibdlu l-uġigħ tagħhom f’tama sabiex b’hekk ikunu jistgħu jgħinu oħrajn li jinsabu fil-qagħda li kien fiha binhom.

Josie u Maruska, il-ġenituri tal-mibki Jake Vella, ħabbru li huma wkoll se jkunu qed jipparteċipaw fil-maratona li l-Fondazzjoni Puttinu Cares se jkunu qed jorganizzaw fil-Ġimgħa l-Kbira.

“Il-ftit tiegħek taf tgħin ħafna nies li huma fil-bżonn,” appellat emozzjonata Maruska.



Prosit tassew!





Ritratti:

Facebook / Jake Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI