Illum huwa għeluq snin Joanne, omm il-kantanta Gaia Cauchi. F’dan il-jum speċjali, Gaia kitbet messaġġ mill-isbaħ b’dedikazzjoni.
“L-isbaħ xewqat għal għeluq sninek għażiża mamà sabiħa tiegħi,” hi kitbet. “Ħadd ma jistħoqqlu aktar ferħ u mħabba minnek. Grazzi għas-sagrifiċċji u l-appoġġ bla tmiem. Inħobbok!”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw jum mill-isbaħ lil Joanne.
Facebook / Gaia Cauchi