Bħalissa t-tim ta’ Popolin qed jaħdem fuq dokumentarju li mistenni jagħti l-opportunità lil persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom sabiex jitkellmu dwar l-istorja tagħhom.
Fost oħrajn tkellmet mara li fi kliemha tistqarr li l-ikbar biża’ li għandha hi proprju meta tirċievi ċ-ċekk “għaliex naf li se nonfoqhom kollha fuq droga”.
Il-mara ssemmi kif ħafna drabi meta n-nies tara persuni bħala li m’għandhomx saqaf fuq rashom, ikunu pronti jħarsu bl-ikrah filwaqt li jiġġudikaw. “Jiġġudikawna bħala ħmieġ, bħala junkies, bħala trash,” tispjega din il-mara mat-tim ta’ Popolin.
Facebook / Popolin