Bosta Maltin Jingħaqdu Sabiex Jagħtu L-Appoġġ Lit-Tim Nazzjonali Maltin Illejla

Ftit jiem ilu eluf ta’ Maltin erħewlha lejn l-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali sabiex juru l-appoġġ tagħhom lejn it-tim nazzjonali Malti hekk kif kellu l-ewwel konfront tiegħu mal-Lussemburgu fil-kampjonat tal-UEFA Nations League. Illum, fit-18:00, it-tim nazzjonali Malti għandu t-tieni konfront mal-Lussemburgu.

Billi dawn iż-żewġ partiti huma ta’ importanza kbira għad-destin ta’ pajjiżna f’dan il-kampjonat tal-futbol li tant jattira attenzjoni madwar id-dinja, iżjed minn qatt qabel, bosta Maltin qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lit-tim nazzjonali ta’ pajjiżna; min preżenti fil-grawnd tal-Lussemburgu u oħrajn billi jsegwu minn quddiem it-televixin.







Ritratti:

Facebook / Craig Gaylor u Malta Football Association – 1900

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI