Il-bassara tat-temp qed jantiċipaw li tmiem din il-ġimgħa se jkun wieħed iddominat mill-maltemp.
Minħabba f’hekk, bosta dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira bħalissa jinsabu beżgħana li xhur ta’ ħidma u dedikazzjoni jistgħu jisfaxxaw fix-xejn hekk kif il-maltemp jista’ jwassal sabiex il-purċissjonijiet li tant ilhom jaħdmu fuqhom jiġu mxekkla.
Ta’ kull sena, eluf ta’ Maltin jattendu bi ħġarhom sabiex isegwu l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira li jsiru fi bliet u rħula differenti madwar pajjiżna u fihom jitfakkar avveniment storiku li seħħ 2,000 sena ilu u llum il-ġurnata jservi bħala s-sisien tar-reliġjon Kristjan – il-passjoni ta’ Ġesù Kristu.
Facebook / Malta Weather u Facebook / Xagħra Parish