Temp Iktar Kiesaħ Minn Tas-Soltu B’Xita U Riħ Qawwi Matul Il-Ġurnata

Skont il-paġna lokali Mid-Djarju tat-Timba, illum mistennija ġurnata b’temperaturi aktar kesħin minn dak li normalment nistennew għal dan iż-żmien tas-sena, b’kundizzjonijiet instabbli matul il-ġurnata kollha.



Skont it-tbassir, aktar tard dalgħodu u b’mod speċjali wara nofsinhar, hemm ċans ta’ ħalbiet tax-xita, filwaqt li ma jistax jiġi eskluż ukoll xi ħalba silġ f’ċerti lokalitajiet. Għalhekk il-pubbliku huwa mħeġġeġ jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.



Ir-riħ se jkun fattur importanti wkoll illum, hekk kif se jonfoħ b’saħħtu mill-Punent Majjistru għal Majjistral, b’forza ta’ 6 sa 7 u b’buffuri li jistgħu jkunu saħansitra aktar qawwija. It-temperatura massima mistennija tilħaq madwar 12°C, filwaqt li matul il-lejl tinżel għal madwar 10°C.

Jidher li llum se tkun ġurnata tipika tax-xitwa, u għalhekk huwa rakkomandat li wieħed joħroġ ippreparat għall-kesħa, ix-xita u r-riħ qawwi.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI