“L-Emozzjoni Li Tħoss Meta Tgħin Lil Ħaddieħor Hija Imprezzabbli… Dan Hu L-Messaġġ Tiegħi!” – The Briefcase Man

Għal madwar sena sħiħa ġibed l-attenzjoni ta’ eluf ta’ Maltin billi mar iqassam il-flus lil dawk li jinzertaw ikunu għaddejjin mit-toroq tal-Belt Valletta, fost oħrajn.

Madwar xahrejn ilu, neħħa l-maskla u żvela ruħu bħala Gabriel. Minn dakinhar, il-ħidma filantropika tiegħu bdiet tiffoka iżjed fuq il-memorji milli fuq il-flus; memorji sbieħ li bihom jaspira li jgħin persuni li jkunu għaddejjin minn xi tbatija sabiex itaffu ftit mill-uġigħ.

Mal-preżentatriċi Maria La Barokka fuq il-programm tagħha Kuxjenza, hu jitkellem proprju dwar kif il-ħidma tiegħu ħadet xejra ġdida minn meta żvela l-identità tiegħu. Iddeskriva bħala “imprezzabbli” l-emozzjoni li wieħed iħoss meta jgħin lil ħaddieħor mingħajr ma jistenna xejn lura. Jisħaq li dan hu l-messaġġ li jixtieq iwassal.

Fost oħrajn jirreferi għal inizjattiva li ħa riċentament fejn f’għodwa minnhom ingħaqad mal-persuni responsabbli mill-ġbir tal-iskart. Spjega kif din l-inizjattiva kienet waħda sempliċi li ma kinitx tirrikjedi wisq ippjanar iżda biha rnexxielu jwassal messaġġ pożittiv dwar kif kull irwol fis-soċjetà huwa ugwalment importanti.



Kuxjenza jixxandar kull nhar ta’ Sibt fil-17:30 fuq TVM+.





Ritratti:

Instagram / The Briefcase Man

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI