“Meta Nħares Lejh Ngħid Li Hu Miraklu!” – Missier Li Ibnu Kważi Tilef Ħajtu F’Operazzjoni Tal-Qalb

Meta Luca twieled, it-tobba sabu li kellu xi kumplikazzjonijiet f’waħda mill-valvi ta’ qalbu. Minħabba f’hekk, proprju sitt xhur ilu fl-età ta’ 18-il sena, Luca kellu jagħmel operazzjoni serja f’qalbu.

“Konna ilna nistennewha u għalhekk konna nafu li xi darba kien se jkollna nagħmluha din l-operazzjoni, imma xorta tieħu xokk meta jasal il-waqt,” tistqarr in-nanna ta’ Luca emozzjonata.

Omm Luca titkellem dwar il-jum li fih binha kellu jagħmel din l-operazzjoni f’qalbu. Tirrakkonta kif wara sigħat ta’ stennija, it-tobba kienu avviċinawlha u spjegawlha li l-qagħda ta’ binha kienet waħda kumplessa.

“Qalbu kienet waqfet u dak il-ħin kien miet imma bqajt nittama,” tisħaq l-omm li tfisser kif it-tobba komplew jagħmlu li jistgħu dak il-ħin sabiex isalvaw lil Luca.

B’xorti tajba Luca reġa’ ġie f’sensih u jirrakkonta kif meta stenbaħ “rajt dawl abjad u immaġni tal-Papa Franġisku jagħtini jdejh”.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena, li issa jinsab f’qagħda ta’ saħħa aħjar, jistqarr li għadu sal-lum il-ġurnata grat b’mod partikolari lejn il-ġenituri tiegħu li dejjem baqgħu maġenbu matul l-operazzjoni.

“Meta nħares lejn ibni ngħid li hu miraklu miexi kuljum,” jisħaq missieru filwaqt li jfaħħar l-għajnuna li ngħata mingħand il-Fondazzjoni Puttinu Cares li hu jiddeskrivi bħala “imprezzabbli”.







Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI