“Barra Jsaqsuna Kif Poplu Żgħir Bħalna Jagħmel Tant Ġid… Sempliċi, Il-Ġenerożita Tal-Maltin” – Angele Ta’ Puttinu Cares

Intervistata waqt il-programm AWLA, il-President tal-Fondazzjoni Puttinu Cares Angele Cuschieri ssemmi li meta titkellem ma’ persuni barranin dwar il-ħidma li huma jwettqu b’risq persuni b’mard serju, ħafna drabi jitħallew mistagħġba b’kemm ġdid jirnexxielu jitwettaq bis-saħħa ta’ poplu ċkejken bħal dak Malti.

“Barranin stess jgħidulna: ‘Kif jista’ jkun qed jirnexxielkom tagħmlu proġetti kbir bħal dawn minn popolazzjoni daqshekk żgħira?’,” saħqet Angele.

Il-President tal-Fondazzjoni Puttinu Cares fissret kif is-sigriet wara dan il-ġid kollu hija l-ġenerożita tal-poplu Malti li dejjem lest jgħin lil min hu fil-bżonn.

Jumejn oħra, fil-Ġimgħa l-Kbira, din l-għaqda filantropika se tkun qiegħda torganizza maratona ġbir ta’ fondi bil-għan li tkun tista’ tibni iżjed appartamenti li jospitaw fihom persuni li jkunu qed jiġġieldu mard serju.



Prosit lil Puttinu Cares għall-ħidma siewja u kontinwa tagħhom!





Ritratti:

Facebook / AWLA u Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI