Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kitbet messaġġ għall-għażiża ommha, persuna tant prezzjuża għaliha, li tħoss in-nuqqas tagħha kuljum.
Flimkien ma’ ritratt memorabbli li qassmet, issellem il-memorja taz-zija tagħha wkoll, Aunty Mary Rose.
“Kemm nixtieq li għadek hawn, Ma… kemm nibkik kuljum. Strieħ fis-sliem Polly Muscat. U strieħ fis-sliem ukoll Aunty Mary Rose. Kemm kienet isbaħ il-ħajja meta ommi kienet hawn… inħobbok, Ma,” kitbet Maria.
Kuraġġ dejjem Maria.