AIDAN Se Jkun Qed Ikanta Fl-14-Il Post Fit-Tieni Semi-Finali Tal-Eurovision

Ftit minuti ilu tħabbret l-ordni li fiha l-kantanti se jkunu qiegħdin ikantaw fiż-żewġ serati tas-semi-finali li se jkunu qed iseħħu fi Vjenna, f’Mejju li ġej. AIDAN, bħala ambaxxatur ta’ Malta, se jkun qed ikanta fl-14-il post tat-tieni serata tas-semi-finali.

Dan ifisser li AIDAN se jkun qed ikanta fl-14 ta’ Mejju fl-istess serata flimkien mal-ambaxxaturi ta’ 14-il pajjiż ieħor li huma l-Bulgarija, l-Ażerbajġan, ir-Rumanija, il-Lussemburgu, iċ-Ċeka Repubblika, Franza, l-Armenja, l-Isvizzera, iċ-Ċipru, l-Awstrija, il-Latvja, id-Danimarka, l-Awstralja, l-Ukrajna, l-Ingilterra, l-Albanija kif ukoll in-Norveġja.

Dis-sena Malta se tkun qiegħda tipparteċipa f’din il-kompetizzjoni mużikali li ta’ kull sena tattira attenzjoni fost miljuni ta’ segwaċi, permezz tal-kanzunetta ‘Bella’. Bħalissa AIDAN qiegħed iżur diversi pajjiżi, bl-iktar wieħed riċenti jkun l-Awstralja, sabiex din il-kanzunetta tinstema’ minn udjenza dejjem iżjed wiesa.







Ritratti:

Facebook / AIDAN u ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI