“Il-Medja Klimatika Ta’ Kemm Tinżel Xita F’April Inqabżet” – Aġġornament Tat-Temp

Hekk kif April beda b’jiem ta’ temp instabbli, il-paġna tal-Facebook tat-tbassir tat-temp Aġġornament Tat-Temp tkellmet dwar dan.

“Bi 27mm xita bħala medja, dan ifisser li l medja klimatika ta’ kemm tinżel xita f’April inqabżet (madwar 22mm),” huma kitbu. “Instabbiltà u xita kompliet tul dan il-lejl fejn s’issa niżel madwar 1.9mm bħala xita, jfisser li April huwa ferm differenti minn snin preċedendenti.”

“Jikkonferma dan ukoll It temperatura baxxa fejn bħalissa 4.20am hija ta’ 11°C u tinħass 9°C.  Qiegħed jiġi studjat sewwa l-possibilità ta’ xita bejn 3pm u 11pm biex jingħata aktar dettalji kif ser ikun it- temp. Li huwa żgur hu li riħ ser ikun forza 5 majjistral qawwi.”







Ritratti:

Facebook / Aġġornament tat-Temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI