Il-Pulizija ta’ Malta għamlu ġest nobbli billi ħasbu f’ħaddieħor f’dawn iż-żmien ta’ festi. Huma dar xi ftit djar fejn kienu qed jgħixu persuni u tfal li għaddew minn żminijiet diffiċli, u tawhom xi ftit rigali biex iferrħuhom xi ftit.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom kitbu, “Il-Pulizija ta’ Malta flimkien mal-aġenzija tas-sapport tal-vittmi, żaret numru ta’ djar ta’ tfal u individwi li għaddew minn esperjenzi diffiċli, u qasmu magħhom rigali tal-Għid, ħelu, u mumenti ta’ altruwiżmu.”
Żiedu jgħidu wkoll, “Ġesti żgħar bħal dawn jistgħu jagħmlu differenza kbira, ngħinu lil ħaddieħor iħossu li għandu valur, appoġġjat, u mfakkar, speċjalment matul żminijiet ta’ sfida.”
Nirringrazzjawhom mill-qalb ta’ dan il-ġest. Verament għandhom qlub tad-deheb.
Facebook / The Malta Police Force