“Tibda Dejjem Iżżomm Fik Innifsek Dawn L-Emozzjonijiet Sakemm Xi Darba Tiżbroffa” – Gabriel Tonna Jitkellem Dwar Kumment Negattiv

Gabriel Tonna, magħruf bħala ‘Briefcase Man’ qara kumment negattiv fuq il-paġna tiegħu, u użah biex jispjega ċertu ideat żbaljati li s-soċjeta`għandha fuq l-irġiel.

Il-kumment jgħid, “Tibki bħala raġel vera mbarazzanti.”

Min-naħa l-oħra Gabriel spjega, “Kull tip ta’ bniedem, raġel, mara… meta tiġi fid-dinja l-ewwel ħaġa li tagħmel hi li tibki, iżda iktar ma tikber iktar tħoss pressjoni mis-soċjeta` dwar kif għandek iġġib ruħek.”



Żied jgħid, “Tibda dejjem iżżomm fik innifsek dawn l-emozzjonijiet sakemm xi darba tiżbroffa. Jiġi quddiemi ħafna tfal żgħar, u ma nixtieqx li l-ġenerazzjoni t’għada tkun imwaħħxa milli tiftaħ qalbha jew tesprimi lilha nnifisha. Jekk inti għandek problema u tista’ tmur fuq xi ħadd tiftaħ qalbek u wara tħossok aħjar, ikkumparat ma’ xi ħadd li żamm f’qalbu u dar fuq vizzji ħżiena, tagħmlek iktar b’saħħtek minn dak it-tali persuna.”





Ritratti:

Facebook / The Briefcase Man

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI