Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Malta, News, Photos and People qasmu mas-segwaċi tagħhom messaġġ ta’ Brian Bonnici li tkellem dwar il-fatt li tħassru xi purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira lbiera’.
Hu qal, “Bħalissa tibda tisma’ l-kummenti tal- għorrief … X’messu sar u x’kont nagħmel jien u x’naqbel u ma naqbilx … u li messha ħarġet u li messu ngħata iżjed ħin biex jiddeċiedu ect ect…Kollu paroli fil-vojt. Trid tkun fiż-żarbun ta’ min jorganizza inkluż tal-Kappillani li jkunu bbumbardjati minn kull naħa. Trid tara l-istampa kollha fiċ-ċirkostanzi tat-temp … u t-temp ma jolqotx kullimkien l-istess anke jekk aħna ħolqa.”
Żied, “Fid-Duluri wkoll hekk ġara … Purċissjoni tiswa eluf, ħalba xita tħalli wkoll ħafna ħsara apparti l-kwistjoni tal-Baned u l-bandisti…Għalija min kellu l-kuraġġ jiddeċiedi ħaqqu appoġġ anke jekk hemm min mhux se jaqbel miegħu…Min irnexxielu joħroġ nawguralu li għallinqas it-temp jippermetti sal-aħħar … Kull Ġimgħa l-Kbira u kull festa fuq barra kull sena ġġib sfidi differenti. J’Alla dan id-diżappunt iżid id-determinazzjoni għas-sena li ġejja … Persważ li se jerġa’ jiġi ċ-ċans…”
Facebook/Rayden Mizzi