Il-Ġlieda Għall-Aqwa 10 Fil-Eurovision Song Contest – Fejn Tinsab Malta Skont Id-Djar Tal-Imħatri?

Hekk kif toqrob l-edizzjoni tal-Eurovision Song Contest 2026, id-diskussjoni dwar min se jispiċċa mal-aqwa 10 qed issir dejjem aktar intensa fost il-partitarji u l-analisti.

Bħalissa, skont id-djar tal-imħatri, Malta tinsab fis-16-il post b’ċans ta’ madwar 24% li tidħol mal-aqwa 10, statistika li turi li għad hemm tama, iżda wkoll kompetizzjoni qawwija minn pajjiżi oħra.



Tradizzjonalment, il-pajjiżi li spiss jispiċċaw fil-quċċata jinkludu dawk bi produzzjonijiet qawwija, prestazzjonijiet memorabbli u appoġġ konsistenti mill-pubbliku u l-ġuriji. Pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Italja u l-Ukrajna spiss jitqiesu bħala favoriti, għalkemm kull sena ġġib magħha sorpriżi.



Għalkemm il-pożizzjoni attwali ta’ Malta permezz ta’ Bella kantanta minn AIDAN mhix fost l-ewwel favoriti, il-Eurovision jibqa’ kompetizzjoni fejn kollox jista’ jinbidel. Prestazzjoni live b’saħħitha, staging kreattiv u konnessjoni mal-udjenza jistgħu jagħmlu differenza kbira.



Il-mistoqsija li ħafna qed jistaqsu hija waħda sempliċi, Malta tista’ tissorprendi u tidħol mal-aqwa 10? Jew se jibqgħu jiddominaw il-pajjiżi favoriti?

B’ġimgħat biss qabel il-kompetizzjoni, kollox għadu miftuħ u l-partitarji Maltin żgur li se jkunu qed jittamaw f’riżultat li jagħmilhom kburin.

Ritratti:

Facebook / AIDAN

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI