Il-paġna tal-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen, tgħaddi r-ringrazzjamenti tagħha lil Mro.Vincent Bonnici tas-servizz tiegħu li kważi dam 31 sena. Huwa qal dan waqt il-festa tal-kunċert tas-sena 2025,li ser ikubn qed itemm il-kariga tiegħu.
“L-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa A.D 1957 tirringrazzja lil Mro. Vincent Bonniċi tas-servizz tiegħu għal kważi 31 sena, wara li kif ħabbar hu stess fil-kunċert waqt il-Festa 2025, fejn huwa se jtemm il-ħidma bħala Surmast Direttur. Mro. Vincent Bonniċi ġie maħtur u ppreżentat lill-Bandisti fit- 22 ta’ Mejju, 1995.
Minn fost il-ħames surmastrijiet li kellha l-Banda San Pietru, Mro. Vincent Bonnici hu l-iktar surmast li dam f’din il-kariga.”