Il-preżentatur lokali Brian Hansford, kif ħafna jafu, juża l-midja soċjali biex minn dak li jaf, u l-informazzjoni li jkun jista’ jgħaddi, dejjem ixerridha fuq il-midja soċjali.
Jidher li ħafna nies mhux talli jappoġġjawh fuq ix-xandir, iżda anke fil-kontenut li jitfa’ fuq il-midja soċjali. Ta’ dan Brian hu tant grat.
“Qabel ma nerġgħu naqbdu r-ritmu tal-aħbarijiet, ridt ngħid GRAZZI mill-qalb. Jien bla kliem meta nara l-eluf ta’ nies li qed jaqraw u jsegwu dak li nikteb.”

Ritratt: Facebook/ Brian Hansford
Brian ikompli, “Ridt nagħmilha ċara: dan huwa l-profil personali tiegħi biss. Din mhix xi paġna u lanqas mhu xi riklam imħallas. Jien persuna bħalkom, u l-fatt li tant nies – segwaċi u anke dawk li mhumiex – jagħżlu li jaqraw il-ħsibijiet tiegħi, jimlieni b’unur kbir u ninsab onorat. Grazzi tar-rispett u tal-appoġġ tagħkom.”
Prosit Brian li dejjem tkun minn ta’ quddiem li taqsam informazzjoni utli għall-pubbliku Malti u Għawdxi.
Facebook/ Brian Hansford