Suldati tal-Quick Reaction Force (QRF) tal-A Company fi ħdan l-Ewwel Reġiment tal-Forzi Armati ta’ Malta kellhom taħriġ speċjalizzat organizzat mir-Royal Air Force Protection Centre, bil-għan li jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom f’sitwazzjonijiet sensittivi ta’ sigurtà fl-ajruport.
Skont dak li tħabbar mill-Forzi Armati ta’ Malta fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom, dan it-taħriġ iffoka fuq rispons rapidu u effettiv.
“Suldati tal-Quick Reaction Force (QRF) tal-A Company, l-Ewwel Reġiment tal-Forzi Armati ta’ Malta, riċentement ipparteċipaw f’taħriġ speċjaliżżat iddisinjat u mogħti mir-Royal Air Force Protection Centre. Dan it-taħriġ kien immirat biex itejjeb il-ħila tas-suldati billi jirrispondu malajr u b’mod effettiv għal theddid potenzjali f’ambjent ta’ ajruport.”
Id-deċiżjonijiet li jittieħdu taħt pressjoni huma kruċjali f’dawn il-mumenti. Kellhom diversi eżerċizzji prattiċi, fosthom movimenti f’konvoj, proċeduri ta’ emerġenza u evakwazzjoni.
L-użu ta’ xenarji realistici għen biex josservaw il-ħiliet ta’ komunikazzjoni, tmexxija u ħidma f’tim, filwaqt li debriefings dettaljati servew biex jidentifikaw oqsma għal titjib.
Il-Forzi Armati saħqu li taħriġ bħal dan huwa kruċjali biex jinżamm livell għoli ta’ tħejjija operattiva.