Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, National Book Council (Malta) tkellmu dwar Sephora Francalanza li saret maniġer ġdida fl-istaff tal-Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb.
Huma qalu, “Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir jagħti merħba lil maniġer ġdida fl-istaff tiegħu – Sephora Francalanza. Il-ħatra tagħha qiegħda ssir b’rabta ma’ żvilupp ieħor importanti fi ħdan il-KNK. Dan ix-xahar jara t-tluq ta’ Michael Mercieca, maniġer u Uffiċjal tal-ISBN għal snin twal, li laħaq l-età tal-irtirar.”
Żiedu jgħidu, “Il-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri ħa l-okkażjoni biex irodd ħajr lil Mercieca għas-snin twal ta’ servizz, u fl-istess waqt jilqa’ lil Francalanza ġewwa t-tim tiegħu – din tal-aħħar ħa tingħaqad mal-Kunsill minn din il-ġimgħa.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlha mill-qalb!
Facebook/National Book Council (Malta)