Bil-Filmat: “Flok ‘Tidher Tajjeb Illum’, Jgħiduli, ‘Madonna Kemm Tqawwejt!'” – Brandon Terribile

Waqt Kuxjenza li jmiss, jitkellem ukoll l-attur u produttur Brandon Terribile rigward l-atitudni li dak li jkun jikkummenta fuq ħaddieħor dwar iż-żieda fil-piż.

Ħafna nies ma jindunawx kemm se jaffettwaw lil dak li jkun b’li jgħidu, u kif ser iħossu. Brandon isemmi każ komuni meta persuna flok tikkumplimentak għal kif tidher, issemmilek il-piż u d-dehra tiegħek.

“Is-soċjetà daħlitilna dan it-timbru f’moħħna li l-ġisem perfett huwa meta tkun irqiq. Din xi ħaġa li tweġġagħni ħafna. Illum il-ġurnata li nbdilt, forsi tqawwejt xi ftit, iltqajt ma’ nies li flok ‘tidher tajjeb illum’, jgħiduli, ‘Madonna kemm tqawwejt!'”

Segwu aktar dwar dak li tkellem fuqu Brandon waqt il-programm Kuxjenza, nhar is-Sibt li ġej fuq TVM+.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI