Tislima Lil Edmond Zarb – Il-Pjanista Li Ħalla L-Marka Permezz Tal-Mużika Li Daqq Fil-Lukanda Lokali Westin

Il-lukanda The Westin Dragonara Resort sellmet il-memorja tal-pjanista Edmond Zarb, li għal aktar minn 25 sena kien parti mill-esperjenza unika fil-lobby tal-lukanda.

F’messaġġ mimli emozzjoni fuq il-midja soċjali, il-lukanda fakkret kif il-mużika tiegħu kienet takkumpanja lil kull min għadda mill-lukanda, u kif il-preżenza tiegħu saret waħda għażiża u kostanti, ġimgħa wara ġimgħa u sena wara sena.

Edmond Zarb mhux biss kien mużiċist, iżda wkoll figura li laqtet il-qlub ta’ ħafna, kemm klijenti kif ukoll membri tal-istaff, bil-mużika u l-personalità tiegħu.

Il-lukanda esprimiet gratitudni kbira għall-kontribut tiegħu tul is-snin, u saħqet li l-memorja tiegħu se tibqa’ ħajja fost dawk kollha li kellhom iċ-ċans jisimgħuh idoqq. “Se nibqgħu niftakru fih,” temm il-messaġġ, bħala tislima lil artist li ħalla impatt sabiħ u dejjiemi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI