It-tobba kienu qalulhom li minħabba l-kundizzjoni li għandha, binthom aktarx li qatt mhu se tkun tista’ titkellem iżda huma ma qatgħux qalbhom u baqgħu jittamaw u jaraw li jagħtuha l-aqwa kura possibbli bit-tama li xi darba tlissen l-ewwel kelma tagħha.
Il-ġenituri taċ-ċkejkna Jasmine għadhom kif ħabbru fuq il-midja soċjali li wara xhur ta’ tama binthom irnexxielha tikkomunika permezz tal-magna tal-għajnejn li hemm fil-klinika. Jispjegaw kif għal binthom dan kien pass diffiċli ferm u li sabiex irnexxielha tagħmlu kellha tuża s-saħħa u l-attenzjoni kollha tagħha.
Omm u missier Jasmine ifissru kif dan il-pass għalihom huwa tama li possibbilment fil-futur binthom għad tista’ tasal tibda titkellem verament.
Facebook / Jasmine’s Journey