F’dibattitu waqt Popolin, Lee-Anne Spiteri tfisser kif persuni li b’mod regolari jkollhom bżonn l-assistenza ta’ kelb tas-servizz għadhom jaffaċjaw sfidi sabiex ikunu jistgħu jidħlu f’postijiet pubbliċi bħal ħwienet u restoranti.
Bħala rappreżentanta tal-Fondazzjoni Klieb tas-Servizz, Lee-Anne tisħaq li m’hawnx biżżejjed għarfien dwar kemm huma essenzjali għal uħud il-klieb tas-servizz kif ukoll kif wieħed għandu jirreaġixxi meta jiltaqa’ ma’ wieħed minnhom.
Facebook / Popolin u Pexels