Bil-Filmat: Għafejn L-Attur Karl Schembri Idaħħak In-Nies Waqt Li Qed Isuq?

Fil-ġimgħat li għaddew, l-attur Karl Schembri, kienet wieħed mill-mistiedna ta’ Brandon Terribile ma’ Rachel Micallef u Michela Galea. Wieħed minn sħab l-atturi, l-attur Christian Grech kixiflu xi ftit affarijiet li ħafna nies ma tantx kienu jafu dwar Karl!

Christian jirrakkonta kif minħabba t-tul tiegħu, meta jirkeb ma’ Karl fil-karozza dan idaħħku. Idaħħku minħabba li Karl hu persuna twil immens, Christian jgħid li jkollu irkupptejh mal-isteering tal-karozza.

Hu jgħid li anke meta Karl jirkeb miegħu bħala passiġġier, hu jkun jista’ joqgħod biss fuq quddiem u jressaqlu s-seat tal-karozza kollu lura sabiex ikun jista’ jidħol. Christian jgħid li dawn affarijiet li mhux daqstant tas-soltu iżda dan kollu minħabba t-tul tiegħu.

Persuni twal jistgħu żgur jirreletaw ma’ problemi simili li jgħaddu minnhom. Xi tgħidulna?





Facebook / Karl Schembri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI