“Ġentlom Li Telaq Wisq Kmieni Minn Did-Dinja!” – Bosta Jsellmu L-Memorja Ta’ Luca Pace Ta’ 33 Sena

Ilbieraħ ħarġet l-aħbar li ħalla din id-dinja Luca Pace fl-età ta’ 33 sena. Matul dawn l-aħħar sigħat bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali esprimew is-sogħba tagħhom għal din l-aħbar.



Fost oħrajn sellmet il-memorja ta’ Luca l-kumpanija lokali Deloitte li hu kien jaħdem magħha. Huma fissru kif Luca għalihom kien bil-wisq iżjed minn kollega, iżda kien ukoll ħabib. Sostnew li n-nuqqas tiegħu se jibqa’ jinħass fis-snin li ġejjin.



F’dan l-isfond, Deloitte ħabbret li llum u t-Tnejn li ġej m’hijiex se tkun qiegħda tiftaħ l-uffiċini tagħha hekk kif dawn il-jumejn minflok se jkunu qed jiġu ddedikati bħala jiem ta’ luttu għat-telfa ta’ Luca.

Oħrajn li kienu jafu lil Luca mill-qrib iddeskrivewh bħala “ġentlom li telaq wisq kmieni minn din id-dinja”.



Nesprimu l-kondoljanzi tagħna lill-ħbieb u l-qraba… jistrieħ fis-sliem!

Ritratti:

Facebook / Deloitte u Matt Booker

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI