“Illum Il-Ħdax T’April Jagħlaq Ħdax Il-Sena” – Keith Azzopardi Tanti Liż-Żgħir Gianluca

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti awgura lill-għażiż Gianluca f’jum għeluq sninu permezz ta’ messaġġ mill-qalb fuq il-paġna uffiċjali tiegħu.

Hu kitiblu, “Liż-żgħir tiegħi Gianluca, li ngħidlu wkoll l-akbar ħabib, illum il-ħdax t’April jagħlaq ħdax il-sena. Awguri f’dan l-għeluq snin speċjali tiegħek!”

Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti sbieħ t’awgurju mingħand segwaċi ta’ din il-paġna, li bla dubju għamlu l-ġurnata ta’ Gianluca iżjed speċjali milli diġa hi.



Keith Azzopardi Tanti ppubblika wkoll ritratt gustuż tagħhom flimkien waqt logħba ta’ sport. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Gianluca f’din il-ġurnata speċjali u nisperaw li jirċievi dak kollu li tixtieq qalbu! Xewqat sbieħ!





Ritratti:

Facebook / Keith Azzopardi Tanti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI