Illum Huwa L-Jum Internazzjonali Tal-Annimali Domestiċi

Illum 11 ta’ April huwa l-jum internazzjonali għall-annimali domestiċi. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Armed Forcef of Malta qasmu messaġġ tal-okkażjoni.

Huma qalu, “L-annimali mhux biss jagħtuna kumpanija, iżda huma parti mill-familja tagħna. Jgħallmuna x’inhi l-lealtà, l-imħabba bla kundizzjoni u r-responsabbiltà.”

Żiedu, “Permezz tad-dixxiplina u d-dedikazzjoni, l-Forzi Armati ta’ Malta juru kuljum impenn mhux biss lejn il-protezzjoni tan-nies, iżda wkoll lejn il-ħarsien u r-rispett lejn l-annimali. Ir-rabta bejn il-bniedem u l-annimal tirrifletti l-valuri li aħna vera nħaddnu. F’dan il-jum speċjali, nġeddu l-impenn tagħna li nuru l-imħabba, r-rispett u dinjità lejn kull animal.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI