Ilkoll nafu x’ġurnata ħarġet ilbieraħ. Matul il-jum stajna naraw ħafna nies li ppreferew jilsbu bil-komma qasira u kien hemm il-bajjiet kollha nies. Fil-fatt, skont il-paġna tal-Facebook, It-Temp Madwarna, ilbieraħ kien l-aktar jum sħun tas-sena s’issa.
“Illum 11/4, ġie rreġistrat l-aktar jum sħun s’issa din is-sena,” huma kitbu hekk kif it-temperatura kienet ta’ 26.3°C. “Dan ifisser 5°C fuq il-medja staġjonali.”
“Il-Ħadd 12/4, se jdur riħ isfel (u jitqawwa) u s-sema jsir ċlampu. It-temperaturi se jitbaxxew xi ftit ukoll għal valuri iżjed viċin tal-medja.”
Facebook / It-Temp Madwarna