Gloriana Arpa Belli B’Ringrazzjament Mill-Qalb U Bid-Dettalji Tal-Funeral Tal-Mibki Mro. Aurelio Belli

Mro. A Belli

Ilbieraħ ilkoll konna maħsuda bl-aħbar li ħalliena l-Maestro Aurelio Belli. Aurelio, imrobbi l-Ħamrun, miżżewweġ lill-kantanta lokali Gloriana Arpa Belli, u flimkien għandhom lil binthom Alexandra.

Gloriana kitbet messaġġ fejn esprimiet gratitudni lejn l-appoġġ u simpatija kollha li qed tirċievi kemm hi u kemm Alexandra.

“Għeżież ħbieb, kollegi u qraba, F’dawn il-ġranet ta’ niket kbir, qalbi maqsuma wisq biex inwieġeb it-telefonati u messaġġi tagħkom.”

Tħabbar anke d-dettalji tal-funeral.

“L-aħħar tislima ta’ żewġi Aurelio ser issir nhar is-Sibt 18 ta’ April fl-10:00 fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena, Birkirkara. Fid-08:45 jitlaq corteo mill-Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own, Birkirkara akkumpanjat mill-banda tal-istess soċjetà.”

Id-difna ser issir fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata, Raħal Ġdid. Waqt il-funeral ser issir ġabra għall-Community Chest Fund, li għamlu tant kienu hemm għal Aurelio waqt l-agħar mumenti.

“Nirringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ spalla għall-familja tagħna: li tawh il-faraġ u l-appoġġ fil-mumenti ta’ bżonn u li ferħu miegħu u emmnu fih fil-mumenti s-sbieħ. Jekk jogħġobkom żommuna fit-talb tagħkom. Bi mħabba u niket profond, Gloriana”

Tinsabu f’talbna Gloriana u l-familja kollha f’dawn il-mumenti iebsin.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI