Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà, Riformi u Ugwaljanza Byron Camilleri qasam ritratt ma’ martu Salome hekk kif qed jiċċelebraw jum l-anniversarju minn meta bdew vjaġġ mill-isbaħ ta’ mħabba.
Il-koppja tista’ tgħid ilhom jafu lil xulxin aktar minn 11-il sena issa, għax kienu ltaqgħu fl-24 ta’ Mejju tal-2015. Huma qalu s-signor si f’Ġunju ta’ tliet snin ilu fil-knisja tal-Fgura.
“Wieħed mill-ewwel ritratti li ħadna. Illum niċċelebraw 11-il sena flimkien,” jikteb Byron. Qasam ritratt li jmur lura snin fil-bidu tar-relazzjoni tagħhom. Bosta kitbulhom kummenti biex jawgurawlhom.
Awguri mill-qalb f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!