€1,003 Miġbura Għal Puttinu Mill-Kumitat, L-Membri u Ħbieb Tal-Komunità Tal-Bajja Tat-Torri L-Abjad

Puttinu Cares

Puttinu Cares irringrazzjat lill-Kumitat, lill-membri u lill-ħbieb tal-Komunità tal-Bajja tat-Torri l-Abjad wara donazzjoni ġeneruża ta’ €1,003 b’risq l-għaqda.

Fil-messaġġ li qasmu fuq il-midja soċjali, huma esprimew il-gratitudni tagħhom lejn dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex ikomplu jappoġġjaw il-familji u l-pazjenti li jiddependu fuq l-għajnuna ta’ Puttinu Cares.

L-organizzazzjoni qalet li tapprezza ħafna l-appoġġ kontinwu tal-komunità, filwaqt li saħqet li dawn il-ġesti ta’ solidarjetà jagħmlu differenza kbira fil-ħidma tagħha ta’ kuljum.

“Grazzi talli tkomplu tkunu parti mill-familja ta’ Puttinu,” kitbu fir-ringrazzjament tagħhom, akkumpanjat minn messaġġ ta’ apprezzament u mħabba lejn il-komunità kollha tal-Bajja tat-Torri l-Abjad.







Ritratti:

Facebook/ Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI